The Malta Independent 25 April 2024, Thursday
View E-Paper

Gvern Alternattiv Nazzjonali Demokratiku

Marlene Farrugia Tuesday, 21 March 2017, 15:47 Last update: about 8 years ago

Il-Partit tal-Labour fih żewġ kurrenti:

Hemm in-nies li vvutaw għal Malta Tagħna Lkoll illum diżillużi u ttraduti, imbaghad hemm dawk in-nies li jappoġġjaw lil panamacapulco labour li ngħata l-barka u huwa l-għodda ewlenija ta' Joseph Muscat biex jirrendi Malta 'cosmopolitan' jew bill-Malti, Malta fejn il-business jisserva u mhux iservi lil pajjiżna. Malta li ma tingħarafx jekk ma tfittixx għal xi sinjal taħt mikroskopju jew jekk ma tħaffirx għall-fdalijiet.

Fiż-żewġ kurrenti hemm nies ta' twemmin politiku differenti: Laburisti, Nazzjonalisti u dawk bla fehma politka fissa. 

Dan huwa wkoll rifless fil-Grupp Parlamentari Laburista u fil-Kabinett, kif ukoll fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

Dawk li huma ta' Malta Taghna Lkoll tassew bqajt nirrapreżentahom jien fil-Parlament u waqqaft Partit Ġdid li għandu jkun id-dar naturali tagħhom.

F' kull koalizzjoni li tista' tifforma, il-Partit Demokratiku jirrapreżenta din is-sezzjoni tal-Poplu, kif  diġa' għedt - Laburisti li mhux jagħrfu lill-partit tagħhom, Nazzjonalisti li vvutaw Labour imma llum la jidentifikaw mal-Labour u lanqas mal-PN ta' Busuttil, u votanti oħra li jixtiequ Gvern Alternattiv, Nazzjonali Demokratiku. 

Se jkunu n-nies li jagħżlu lil min iridu li jkun parti minn dan il-Gvern ġdid. In-nies se jiżirghu u se jnaqqru jew jiżbru bil-vot tagħhom.

Biex ikunu jistgħu jagħmlu hekk l-ewwel irridu nagħtuhom l-opportunita', nispjegawlhom l-evoluzzjni tax-xena politka li qed jaraw imma forsi mhux jaraw ċar biżżejjed. Imbghad inħallu f' idejhom biex jagħtu x-xejra li jidhrilhom huma lill-gvern ġdid ta' koalizzjoni li  jeħtieġ ikun pre-elettorali biex l-unijiet ma jitilfux saħħithom. 

Iż-żmien kontrina. Biex nilhqu nispjegawha sew lin-nies jehtieg nghaddu mit-tpecliq( skond cacopardo) ghall-fatti.

Hemm lok ukoll ghal deputati llum fuq in-naha tal-labour li llum qed ihosduhom huta barra mill-ilma ghax mhumhiex parti mill-panamagang. 

Jew ha naghmlu din il-koalizzjoni sew u fil-hin jew lestu ruhkom  biex  it-twiebet ma tarawhomx biss fil-funerali jew fil-Wied ta' Hal Qormi waqt xi xita qalila, imma  tarawhom madwarkom  kullimkien , itaqqbu s-shab   qishom is-swaba ta' missirijietna hergin minn taht it-trab jitolbu l-hniena. 

 

 


 

  • don't miss