The Malta Independent 10 May 2024, Friday
View E-Paper

Il-Partit Demokratiku: imexxi mhux jitmexxa!

Marlene Farrugia Monday, 31 October 2016, 12:26 Last update: about 9 years ago

Min hu tampari, jifhimni aktar.

Aħna ġenerazzjoni li għexna t-taqliba minn ġirja sfrenata wara informazzjoni u tagħrif, u meta ngħid ġirja jiġifieri ġirja ta' veru b' tal-linja nirriċerkaw fil-libreriji u x'naf jien, għal sitwazzjoni fejn l-informazzjoni tiġri warajna, tiġġieled biex tisirqilna kull sekonda ta' ħajjitna.

ADVERTISEMENT

Minn aħbarijiet fuq ir-rediffusion u kif jibda l-Malti jxandar fis-sitta' ta' fl-għaxija, sibna irwiehna mirdumin taħt tsunami ta' ġrajjiet kurrenti minn kull rokna tad-dinja, lkoll f'taqbida sħiħa biex jirbħu u jżommu mqar għal ftit sekondi l-attenzjoni tagħna. 

Allura ma niskantax li ħafna nies illum jaqraw it-titlu biss ta' xi intervista jew ġrajja, u jassumu li m'hemm bżonn taqra xejn iktar għax it-titlu jkun l-essenza tal-verita!

Mela l-ġimgha l-oħra kelli intervista fuq dan il-ġurnal stess. Kienet intervista nteressanti, izda li minħabba t-titlu ħawdet hafna nies. Jien meta ndunajt li n-nies kienu qed isibuha difficli jisimgħuha kollha għaliex tibda wara l-promo u n-nies ma bdewx jindunaw, bdejt ngħhidilhom isimgħuha kollha u ngħidilhom kif, ghax hasra li ħasel nibet Partit gdid kontra kull kurrent u splengun go dahar iz-zewg partiti l-kbar ghax lejali lejn il-poplu, in-nies ma jisimgħux x' għandna xi ngħidu.

Mela biex niċċara ftit punti.

Il-Partit Demokratiku ma nħoloqx biex jinbela' minn xi partit politku iehor.

Inħoloq biex ikun il-forza ta' politika sinċiera u lejali biss lejn l-interess tan-nies kollha mhux gruppi 'l hawn u 'l hinn.

Il-Partit Demokratiku ser jikkontesta l-elezzjoni generali li jmiss taħt il-kulur oranġjo tax-xemx t'Awwissu. 

Kieku jien ridt nohroġ mal-Partit Nazzjonalista ma kontx nagħmel partit ġdid, imma kont naċċetta l-istedina li saritli.

Jien qatt ma tlabt lil Busuttil jagħmilni ministru. 

Raguni sempliċi: jien mmexxi mhux nitmexxa! 

Salvu Mallia qatt ma kien fil-qalba tal-formazzjoni ta' din il-mewġa politka 'l fuq mill-partiġġjaniżmu li kkonverġiet fil-Partit Demokratiku. Inħobbuh ħafna imma ahna mhux ser nagħmlu bhalu u nħallu lill-PN li kif qalet Risiott, minn partit glorjuż spicca tgerfixa waħda msawra mill-ħafna piki bejn is-sezzjonijiet li jagħmlu l-PN tal-lum, jassorbina.

Il-Partit Demokratiku nħoloq biex iservi l-interess nazzjonali, allura huwa miftuħ għal kull arranġament li jista' johloq Gvern Alternattiv aħjar milli għandna.  L-emfasi fuq il-kelma aħjar. 

Biex nikkunsidraw koalizzjonijiet ma' partiti ohra inkluz il-PN, irid ikun hemm serħan tal-moħħ li n-nies ha jkollhom dak li vvutaw għalih mhux jerggħu jaraw xi koċċ kuntrumbajsi bċalma ghamel il-Moviment Laburista li sar Panamagang gimgħa wara li ħa l-Gvern!!

Jien personali nibqa' nservi sakemm iriduni n-nies u l-pajjiż ikollu bżonni. Mil-bqija naghmel il-wisa' skond ir-rieda tan-nies.

Sadanittant daħluha f' raskhom li l-Partit Demokratiku ma nħoloqx biex jitmexxa' minn imnieħru minn xi entita' oħra bhalma huma ż-żewġ partiti l-kbar. 

Il-Partit Demokratiku inħoloq biex izomm  l-interess u l-bżonn tan-nies fiċ-ċentru tal-politka tiegħu.

Ser tmexxuh inthom. Ahna tal-Orange il-vuci tagħkom u ta' ħadd iktar. 
  • don't miss