The Malta Independent 28 July 2026, Tuesday
View E-Paper

Brushstrokes and verses

Marie Benoît Saturday, 20 September 2025, 08:00 Last update: about 11 months ago
L-hena
Ix-xhur u s-snin igerbu
mingħajr ma nindunaw,
u l-hena dejjem qiegħda
xi mkien ’il bogħod minn haw’.
Xi drabi nibdew naħsbu
li resqet sewwa lejna,
biex minnufih nintebħu
li ħarbet minn idejna.
U nerġgħu nibdew niġru
bħat-tfal fi żmien il-bluha
fit-triq li dejjem sejra
bit-tama li nsibuha.

In her exhibition Sekwenzi renowned artist Anna Galea is showing 29 of her newest works which were mostly painted this year.

In this unique collection, the visual and the verbal meet in a quiet yet powerful dialogue. Her paintings are paired with short poems in Maltese by poet and philosopher Joe Friggieri. Each pairing invites the viewer-reader into a moment of reflection - where colour and verse echo one another, sometimes in harmony, sometimes in tension, always in conversation.

Photo: @Stef Galea

 

The poems, originally penned in Maltese, are accompanied by English translations, allowing this intimate exchange between image and word to resonate beyond linguistic boundaries. Together, they explore themes of nature, solitude, memory, and the fleeting beauty of everyday life.

This project is not merely a fusion of two art forms - it is a celebration of Maltese culture, language, and artistic sensibility. It offers a space where the brushstroke becomes a metaphor, and the poem a palette of emotion.

We invite you to wander through this exhibition slowly, letting each painting and poem speak to you in its own rhythm.

'Sekwenzi' is now showing at Rudy Buhler Art, Quayside Court, 58 Triq is-Salini, Marsascala. It is open until 12 October.

Opening days from Wedneday to Sunday. 10am to 1pm and 5pm - 8pm.  

Poeżija
Il-poeżija tiegħi
niktibha kelma kelma
fuq ir-ramel.
Kultant mal-aħħar vers
xi drabi f ’nofsha
titħassar miċ-ċafċifa,
tintilef mal-oħrajn
li ġew qabilha.
Fuq l-istess post
bi kliem qadim
ma ndumx ma nerġa’ nikteb
waħda ġdida.
Jekk tiftakar
Jekk tiftakar
u tkun trid li jiftakruni
għidilhom li kont inħobb
id-dija taż-żerniq
il-ħmura ta’ flgħaxija
il-fwieħa tan-narċis
il-ħawħ u l-bambinell
u l-poeżija.

Sekwenzi
Fil-pellikola ta’ ħajjitna
li tgħaddi tiġri
minn quddiem għajnejna
qabel norqdu,
ikun hemm sekwenzi
li nippruvaw naqbżuhom,
oħrajn li jgħaddu malajr wisq
u mank li stajna
nerġgħu indawruhom:
dik l-għafsa t’id,
dik il-ħarsa ħelwa,
dik it-tgħanniqa,
il-Ħdud mimlija dawl,
it-tfal jilagħbu.
Jibqa’ għaddej il-film,
ma jerġax lura,
lanqas ma nkunu hemm
meta jispiċċa.
Misteru
Għaliex fost il-miljuni ta’ ċagħqiet żonqrija
li jkaxkar l-oċean kontinwament
ma ssibx imqar tnejn minnhom
li jixbhu lil xulxin
perfettament?
Ma’ tlugħ ix-xemx
Ma’ tlugħ ix-xemx
kull ċagħqa tleqq
bl-ilwien tal-għodwa
u tisma’ l-baħar jgħanni
l-għanja tal-ġmiel
u l-għanja tal-imħabba.
Jiġri kultant
Jiġri kultant f ’nofs ħolma
li l-kampanja maħruqa
f ’sekonda tibda tħaddar,
li f ’ħakka t’għajn
taqbeż minn ġol-blat
nixxiegħa friska,
li mill-għoljiet iġġelben
xmara bajda,
u li l-widien jinksew
bi twapet tan-narċis
u lewż iwarrad.
U meta tqum
tħoss qalbek tfur bil-ferħ
avolja taf tassew
li kienet ħolma.
Bħal nar
Bħal nar li jibdel surtu
ma’ kull tlebliba,
hekk aħna wkoll ninbidlu bla ma nafu,
u l-ġamar li taħsbu mejjet
jerġa’ jitkebbes malli tonfoħ żiffa.
Mhumiex kontra xulxin
in-nhar u l-lejl,
u ma konniex ingawdu
id-dija taż-żerniq
mingħajr is-sema skur li toħroġ minnu.
Bħal meta
Bħal meta f ’għodwa xitwija
bilwieqfa wara t-tieqa
nimsaħ rokna tal-ħġieġa
mill-fwar li jtappanha
u nara ċar
in-nies jiġru fit-triq
jissieltu kontra r-riħ
u mal-umbrelel
hekk xi minn daqqiet
meta nagħfas il-maktur ma’ moħħi
nasal li nagħżel ħsieb minn ieħor
u qisni nibda nifhem
ir-rabta ta’ bejniethom.
Ma ddumx ma terġa’
tittappan il-ħġieġa
u n-nies ma jibqgħux jidhru
taħt l-umbrelel.
Xitwa
Traxxax bla waqfien
ix-xita fuq il-ħġieġ
jiżolqu t-toroq u l-bankini
u n-nies tissielet kontra r-riħ
u taħt l-umbrelel.
Daqt jasal il-Milied
bil-kant tal-innijiet
u d-dwal iteptpu.
Ħierġa mill-kċina
ir-riħa tal-minestra.
Li kieku
Li kieku flok bil-kliem
jitkellmu l-fjuri
kemm kienet tkun sabiħa l-istqarrija
ta’ dak li jħossu f ’qalbhom
il-bnedmin.
Kif kienet tixgħel
bl-oħla lwien ħajjitna
kull meta kull filgħodu niftħu t-tieqa
u jidħol jiddi fuqhom
l-ewwel dawl.
Inkella f ’tarf il-jum
meta bil-ktieb f ’idejna
narawhom jitbissmulna
fuq l-iskrivanija
qabel ma jroxx id-dlam
ta’ filgħaxija.
Wied il-Qlejgħa
Meta fil-ħamba beltija
tħoss moħħok jittaqqal
bil-ħsibijiet,
ejja waħdek f ’Wied il-Qlejgħa
u ħosshom jiġru ’l bogħod
mal-ilmijiet.
  • don't miss